Miżmuma immigranti li daħlu Malta llegalment bl-ajru

Dalgħodu għall-ħabta tas-6.30, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni u tad-Distrett wettqu rejd f’Ħal Far, fejn tmien persuni ta’ nazzjonalita’ barranija nstabu fl-inħawi fi stat prekarju.
L-immigranti waslu Malta bl-ajru b’mod illegali, b’dokumenti maħruġa mill-Italja.
Seba’ mill-immigranti, ħamsa mill-Gana u tnejn mit-Togo, kellhom id-dokumenti maħruġa mill-Awtoritajiet Taljani filwaqt li ieħor li huwa ċittadin Spanjol ġiet rilaxxat u saret verfika tad-dokumenti.
L-immigranti l-oħra qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija u se tibda l-proċedura biex dawn jiġu ripatrijati. 

Ritratt: Media Police