Read in English.
Raġel ta’ 53 sena mill-Imsida inżamm taħt kustodja wara li kien akkużat li seraq u hedded ‘l ommu li għandha 77 sena.
Ir-raġel li ma jaħdimx kien akkużat b’serq, frodi u falsifikazzjoni, ta’ fastidju lil ommu, u li kiser sentenza sospiża. Skont il-prosekuzzjoni, l-ommi irrappurtat lil binha lill-pulizija bosta drabi.
Allegatament, ir-raġel ta’ daqqa lil ommu f’wiċċha, iżda sostna li kien qed jipprova jwaqqaf bieb milli jinstabat.
L-oġġetti li seraq jammontaw għal madwar €2,300. Fost l-affarijiet li seraq kien hemm ċurkett u televiżjoni.
L-akkużat qal li mhux ħati iżda ma talabx għal ħelsien mill-arrest peress li jgħix mal-allegata vittma.