Mixli li ttraffika d-droga; jinħeles mill-arrest

Sid ta’ ħanut tax-xorb wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti mixli li ttraffika d-droga mill-istess stabbiliment f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel ta’ 33 sena mir-Rabat ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, wara li ċaħad l-akkużi ta’ pussess aggravat tad-droga u operat ta’ stabbiliment mingħajr liċenzja.
L-ispettru tal-Pulizija spjega li r-raġel ġie arrestat ilbieraħ flimkien ma’ żewġ persuni oħra, wara li l-Pulizija rċeviet rapport li f’dan il-ħanut partikolari kienet qed titmexxa d-droga.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000. 
Huwa kien ordnat ukoll jiffirma kuljum fl-għassa tar-Rabat u ma joħroġx barra bejn it-8pm u s-7am.