Mixli li ta daqqiet ta’ sikkina f’wiċċ sieħbu

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Wied il-Għajn tressaq il-Qorti mixli li ta daqqiet ta’ sikkina f’wiċċ sieħbu.
Huwa kien mixli wkoll li kellu l-kannabis u li kellu sikkina mingħajr permess.
Il-każ seħħ waqt argument li nqala’ t-Tlieta li għadda fi Triq il-Lampuki f’Wied il-Għajn.
Il-vittma sofra daqqiet ta’ sikkina f’wiċċu, f’widnejh u f’idejh.
Iż-żagħżugħ wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €1,000.