Mixli li ħebb għas-sieħba tiegħu għax ma kienx qed jara lil uliedu

Wayne Borg ta’ 22 sena tressaq il-Qorti mixli li l-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tad-9 daħal bil-forza fl-appartament tas-sieħba tiegħu.
Il-ġuvni għamel dan wara li allegatament ma tħalliex jara lill-uliedu.
Huwa ġie mixli li hedded u weġġa' ħafifa lis-sieħba tiegħu kif ukoll li darab uffiċjal tal-Pulizija.
Borg ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà proviżorja.