Mixli li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija

Julian Genovese ta’ 53 sena inżamm arrestat wara li fil-Qorti ma ammettiex li ħarab mill-isptar Mater Dei meta kien fil-kustodja tal-Pulizija.

Huwa ittieħed l-isptar biex jiġi eżaminat wara li allegatament ħass xi uġiegħ f’sidru, kien hawnhekk li ħarab mill-isptar.

Il-Pulizija irnexxilha tarresta lil Genovese aktar fir-residenza tas-sieħba tiegħu f’Ta’ Zwejt fil-limiti ta’ San Ġwann.

Genovese kien qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija wara li fil-jiem li għaddew instab ħati ta’ vjolenza domestika.