Mixli li darab raġel ieħor meta kien taħt l-influwenza tal-alkoħol

Raġel ta’ 30 sena tressaq il-Qorti mixli li darab serjament raġel ieħor wara inċident tat-traffiku u meta kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.
Fil-Qorti, l-Pulizija qalu li naqas milli jgħaddi mit-test tal-breathalyser.
L-inċident seħħ fil-11 ta’ Novembru tal-2012 f’St Andrew’s meta r-raġel kien qed isuq lejn San Ġiljan.
Bl-impatt, ir-raġel l-ieħor intilef minn sensieh u kellhom ikunu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenuh biex joħroġ mill-vettura.