Di Maio jisħaq li mhux se jneħħi lill-Ministru għall-Ekonomija Taljan

REUTERS/Tony Gentile/File Photo

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio ċaħad rapporti li dehru fil-midja Taljana li se jkun qed ineħħi lill-Ministru għall-Ekonomija Giovanni Tria.

Tria huwa akkademiku ta’ 70 sena li la huwa membru tal-Moviment Ħames Stillel ta’ Di Maio u lanqas parti mill-partit tal-lemin estrem Lega Nord.

F’intervista li Di Maio għamel ma’ Canale5, il-mexxej tal-Moviment ta’ Ħames Stillel saħaq li l-gvern mhux se jkun qed jgħaddi iktar miżuri biex jnaqqas id-deficit jew jnaqqas it-taxxa lis-sinjuri biex itaffi l-impatt fuq il-kontijiet pubbliċi hekk kif dawn qed juru li t-tkabbir ekonomiku se jonqos.