Mixja ta’ sagrifiċċju għal għan nobbli

Madwar 4,000 persuna bejn il-lejl tal-bieraħ u llum irnexxilhom jimxu 27 kilometru bil-għan li jinġabru fondi għat-tfal morda bil-kanċer. Din kienet l-10 edizzjoni ta’ din il-mixja imma r-raba’ darba li l-fondi miġbura se jmorru b’risq Puttinu Cares.

 

Il-mixja bdiet mill-Mellieħa fis-2am. In-nies għal ħabta tas-6.30 a.m. bdew jidhru deħlin fl-Isla. L-uċuh ta’ dawk li ħadu sehem kienu jidhru viżibbilment għajjiena. Nies li tkellmu ma’ Newsbook stqarrew li minkejja l-għejja wara lejl mixi huma ħassewhom sodisfatti li rnexxilhom jagħmluha u jgħinu ftit lil min hu fil-bżonn.