​Mixja pożittiva għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

Wara li t-tim nazzjonali Malti tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt, ġie fit-tielet post fl-Aphrodite Cup, issa waslet l-ewwel rebħa fi Grupp 2 tal-UEFA Women's Mini Tournament ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2017.
Fl-ewwel logħba nhar is-Sibt li għadda Malta għelbet lil Andorra bl-iskor ta' 5-3.
Wirja tajba ħafna mill-plejers Maltin, iżda konxji minn ftit irtokki meħtieġa biex jiġu evitati żbalji li wasslu għall-gowls tal-avversarji.
Rachelle Cuschieri, Dorienne Theuma u Ylenia Carabott kienu l-protagonisti prinċipali fl-iskwadra Maltija.
Intant illum fis-2:15pm fil-Victor Tedesco Stadium, il-Maltin se jilagħbu kontra l-Ġorġja li rebħu l-ewwel logħba tagħhom kontra l-Gżejjer Faroe bl-iskor ta' 2-0.
Imbagħad il-Ħamis, l-aħħar logħba tal-Maltin tkun kontra l-Gżejjer Faroe.

Ritratt: Paul Zammit Cutajar