​Mixja b’messaġġ pożittiv

Bħala ċelebrazzjoni ta’ White Cane Day saret mixja biex jitwassal il-messaġġ li kull individwu għandu jkollu aċċess ugwali, opportunitajiet ugwali, u rispett ugwali.
Din il-mixja fil-Belt Valletta kienet organizzata mill-Għaqda Maltija ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl, għaqda volontarja ta’ madwar 100 membru. L-għan ta’ din l-għaqda huwa li  tipprovdi assistenza lill-membri tagħha jew persuni oħra neqsin mid-dawl f’pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda l-mixja u sostna li l-Gvern qiegħed jaħdem sabiex kull individwu jkollu dritt għal opportunitajiet varji li jsaħħu d-dinjità tiegħu.
Ritratti: Clodagh Farrugia O'Neill