Mixja b’risq il-Ġurnata Missjunarja

Hekk kif nhar il-Ħadd 19 t’Ottubru huwa Jum il-Missjoni, illum jibdew l-attivitajiet biex ikun imfakkar dan il-jum.
Dalgħodu wara quddiesa fid-9:30am fil-knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq, se ssir mixja b’risq il-missjoni miż-Żurrieq sad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Għall-attività tal-lum se jkun provdut trasport kemm qabel u wara l-mixja, b’dawk li jipparteċipaw qed ikunu mitluba jħallsu donazzjoni b’risq il-ħidmiet fil-missjoni.
Huma diversi l-katekisti, qassisin u sorijiet fl-artijiet tal-missjoni li jimxu kilometri twal biex jaqdu l-ministeru tagħhom f’diversi villaġġi.
Ħafna irġiel, nisa u tfal jimxu kilometri twal biex jaqilgħu x’jieklu.