Mitluba jneħħu l-karozzi mill-Fossa tal-Belt

Dawk kollha li ħallew il-karozzi pparkjati l-Fossa tal-Belt qed jiġu mitluba jneħħuhom immedjatament. Dan minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin, bil-mewġ jitla’ fuq l-art.
Għalkemm il-mewġ mhux qed ikaxkar il-karozzi, l-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili qed javżaw lis-sidien tal-karozzi minħabba periklu.
Aktar kmieni llum, il-paġna tat-traffiku fuq Facebook, MRTU, issuġġerixxiet li jkun għaqli li wieħed jevita toroq qrib il-kosta minħabba possibiltà ta’ ħafna ilma baħar fit-triq.
Iktar kmieni dalgħodu waqgħet ukoll siġra f’Birkirkara.
Ritratt: Google Street View