Filmat: Mitilha l-għarus xahrejn qabel ma’ kienu se jiżżewġu

Le Vie en Rose ta’ Edith Piaff kienet kanzunetta li ommha kienet tħobb tkanta u li laqqgħetha ma’ missierha. Din hija s-silta li Chantal Catania ta’ 41 sena mill-Isla kantat waqt X Factor.

17-il sena ilu kienet għarusa, iżda mitilha xahrejn qabel iż-żwieġ. Ma kinitx taf x’se tagħmel b’ħajjitha u fittxet dak li verament jagħtiha pjaċir fil-ħajja u din kienet il-mużika.

Bl-interpretazzjoni u l-vuċi tagħha Howard deher kuntent… iżda mhux biss.

Għal Ira Losco Chantal sebbħet l-istudjo bis-sbuħija u l-vuċi tagħha.

Il-pożittività tagħha u t-ton verament sabiħ tagħha jiksbilha l-4 ‘Yes’ u se tkun qed tagħmel parti minn dawk li ntagħżlu għall-Bootcamp.

Awguri Chantal.