Mister England jirbaħ il-konkors Mr World

Ritratt: Facebook

Ilbieraħ filgħaxija fl-Araneta Coliseum, f’Cubao, fil-Filippini ttellgħet l-10 edizzjoni tal-konkors Mister World li ntrebħet minn Jack Heslewood mill-Ingilterra.

Hu ħareġ rebbieħ fost it-72 parteċipant, inkluż Malta, li kienet rappreżentata minn Daryl Azzopardi.

AQRA: Illejla Daryl Azzopardi jikkompeti fil-finali tal-Mr World fil-Filippini

Din hija l-ewwel darba li parteċipant mill-Ingilterra rebaħ dan it-titlu. Rohit Khandelwal mill-Indja, li kien l-aħħar rebbieħ ta’ dan it-titlu fl-2016, kien preżenti għall-finali biex ikun jista’ jgħaddi t-titlu lis-suċċessur tiegħu.

Jody Baines Saliba mill-Filippini ġie ddikjarat Mr. World Asia Pacific; Alejandro Martinez., mid-Dominican Republic rebaħ it-titlu ta’ Mr. World Caribbean; Brian Arturo Gonzalez mill- Messiku ġiet ddikjarat Mr. World Americas waqt li Alberto Nodale mill-Awstrija rebaħ it-titlu ta’ Mr. World Europe. Fezile Mkhize minn South Africa ġie ddikjarat Mr. World Africa.

Kien hemm ukoll bosta unuri oħra li ngħataw fl-istess serata. Mikaele Ahoman minn Tonga rebaħ is-sezzjoni tat-talent, waqt li l-fażi tal-extreme challenge rebaħha Wayne Walsh mill-Irlanda.

L-isfida fl-isports intrebħet ukoll minn Fezile Mkhize minn South Africa, waqt li l-Multimedia Challenge ntrebħet minn Akshay Rayamajhi minn Nepal. The Top Model Competition Award ħadha wkoll Brian Arturo Gonzalez mill-Messiku.

Is-serata, li kellha tul ta’ tlett sigħat, ġiet ippreżentata mir-rebbieħa tal-Miss World 2013, Megan Young u l-attur Mikael Daez.

Din kienet l-ewwel darba li dan il-konkors sar fil-Filippini, u fl-istess serata kien hemm ukoll spettaklu mill-mistiedna Kris Lawrence, Kim Mugford, u Alyssa Muhlach.

Il-paretċipazzjoni ta’ Daryl Azzopardi fil-konkors tal-Mister World fil-Filippini kienet possibbli għal Modelle International, immexxija minn Sue Rossi.