Mistennija titressaq liġi li tirregola l-bejgħ ta’ annimali eżotiċi

Fil-jiem li ġejjin mistennija titressaq quddiem il-Kabinett għall-approvazzjoni, liġi ġdida li għandha tirregola l-bejgħ ta’ annimali eżotiċi.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes ħabbar dan waqt konferenza li saret dalgħodu u li għaliha kienu mistiedna dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur.
Intqal ukoll li mistennija titnieda kampanja ta’ informazzjoni fl-iskejjel u l-Kunsilli Lokali li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-annimali.
Il-kampanja li se issir b’fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea se jkollha wkoll abbinata magħha linja telefonika fejn wieħed jista’ jċempel biex jirrapporta każijiet ta’ moħqrija tal-annimali.