Mistennija rekord ta’ turisti – Deloitte

Raphael  Aloisio li jmexxi l-Financial Advisory ta’ Deloitte qal li hu mistenni jintlaħqu numri rekord ġodda għall-wasliet tat-turisti skond ix-xejriet attwali.
L-MHRA tellgħu forum fl-aħħar ta’ Novembru li għadda fejn ġew ippreżentati r-riżultati tal-istħarriġ għas-settur li sar mill-BOV, l-MHRA u Deloitte kif ukoll l-Istħarriġ dwar il-Prestazzjoni tar-Ristoranti għas-sajf tal-2017.
Huwa kompla li l-infiq tat-turisti kien diġà laħaq €1.5 blijun fl-ewwel disa’ xhur ta’ sena.
Il-Professur Peter Sharratt, li min-naħa tiegħu jmexxi l-Istrategic Advisory Services għal WSP fir-Renju Unit semma l-ħtieġa għal aktar investiment fl-infrastruttura sabiex tiġi żgurata l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tat-turiżmu f’Malta.