Nhar it-Tnejn mistennija ssir laqgħa tal-MCESD fejn se jingħata tagħrif dwar is-sitwazzjoni tal-Enemalta u l-Memorandum of Understanding iffirmat mill-Gvern Malti maċ-Ċina.
Għal din il-laqgħa se jattendu l-Ministru tad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Helena Dalli u l-Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi.