Mistennija jiġu inawgurati l-uffiċini prinċipali ta’ AgriBank fi SkyParks

Nhar it-Tnejn, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jinawgura uffiċjalment l-Uffiċini Prinċipali ta’ AgriBank fi SkyParks.

AgriBank ingħataw liċenzja bħala istituzjoni ta’ kreditu mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji f’Ottubru li għadda, u diġa’ bdew joperaw. Qegħdin jiffukaw l-iżjed fuq self lis-settur agrikolu Ingliż b’pakketti speċjalizzati u kompetittivi li bihom jistgħu jiffinanzjaw xiri ta’ makkinarju u tagħmir ieħor. Min-naħa l-oħra jħallsu rati ta’ interess kompetittivi lill- Ingliżi li jfaddlu, b’għażla ta’ bonds b’riskju baxx fuq terminu fiss b’rati garatiti.

Wara li AgriBank plc varaw is-servizzi tagħhom fl-Ingilterra fis-6 ta’ Marzu, l-Kap Eżekuttiv ta’ AgriBank, Roderick Psaila, sostna li hu kunfidenti bil-prospetti tal-bank u kuntent ħafna bil-mod kif in-negozju qed jiżviluppa.