Mistenni vot biex jitkeċċa Trump

Read in English.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-Istati Uniti se tkun qed tieħu vot sabiex jitkeċċa il-President tal-IStati Uniti, Donald Trump. Jekk dan il-vot jgħaddi Trump se jkun it-tielet president li jiġi mkeċċi. Il-Partit Demokratiku mistenni jappoġġja dan il-vot.

Trump qed jiġi akkużat li għamel pressjoni fuq l-Ukraina biex jiġi investigat ir-rival politiku Joe Biden, li qed jikkontesta għan-nomina tal-Partit Demokratiku fl-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti s-sena d-dieħla. Huwa qed jiġu akkużat ukoll li ostakola lill-Kungress Amerikan wara li waqqaf lill-impjegati tiegħu milli jagħtu xhieda u jgħaddu d-dokumenti.

F’ittra lill-ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi, Trump qal li dan il-vot ta’ tkeċċija huwa kruċjata kontrih.

Fil-bidu tas-sena d-dieħla Trump mistenni jaffaċċja lis-senat li huwa kkotrollat mir-Repubblikani. Biex dan il-vot jgħaddi d-demokratiċi jridu jikkonvinċu minn tal-inqas 20 persuna mill-partit Repubblikan biex jivvutaw magħhom. Trump qal li dan il-proċess kontra tiegħu huwa ‘attentat ta’ kolp ta’ stat’.