Mistenni sit ġdid għall-kampijiet f’Kemmuna

TVM

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mistennija toħroġ permess għall-kampijiet f’sit ġdid fuq Kemmuna. L-aħbar ġiet żvelata fuq programm fuq l-istazzjon nazzjonali iżda sa issa l-Awtorità għadha ma weġbitx il-mistoqsijiet li sarulha.

TVM ikkwota lil Alexei Zammit mill-Aġenzija Ambjent Malta li jgħid li ż-żona ġdida għall-ikkampjar li ntgħażlet mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fiha madwar 10,000 metru kwadru u tinsab fiż-żona magħrufa bħala “Tal-Ful”. Din tinsab fuq ir-riħ tal-Blue Lagoon u l-ikkampjar fiha jkun jista’ jsir meta jitlesta x-xogħol.

F’Diċembru, l-ERA ħarġet ordni biex ma jsirx ikkampjar f’żona fuq Kemmuna u anke twaħħlu tabelli li juru li mhux permess li jitpoġġew kampijiet f’żona viċin il-bajja ta’ Santa Marija.