Il-maniġer ta’ Watford, Quique Sanchez Flores mistenni jitkeċċa wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Southampton. Il-kbarat tal-klabb se jkunu qed jagħmlu laqgħa biex jiddeċiedu l-futur ta’ Sanchez Flores.
Sanchez Flores li kien inkarigat mill-kampanja tal-2015-16, reġa’ inħatar mill-ġdid nhar is-7 ta’ Settemrbu ta’ din is-sena minflok Javi Gracia. Sfortunatament naqas milli jikseb ir-riżultati mixtieqa fil-kampjonat. S’issa t-tim rebaħ biss logħba waħda mill-10 logħbiet li lagħbu fil-kariga tiegħu.
Bħalissa qegħdin fil-qiegħ tal-klassifika tal-Kampjonat Premier bi tmien punti wara li lagħbu b’kollox 14-il logħba.