Mistenni jirriżenja l-bord tal-Bank tal-Vatikan

Fil-jiem li ġejjin mistenni jirriżenja l-bord tal-Bank tal-Vatikan, bil-Kardinal Pell u l-Kummissjoni tat-tminn kardinali responsabbli mill-ekonomija, jagħżlu tim ġdid.
Din il-ħidma mis-Segretarju għall-Ekonomija tal-Vatikan il-Kardinal George Pell mistennija ġġib bidla fit-tmexxija tal-istitut.
Il-bidla se jkollha wkoll impatt fuq it-trasparenza il-Bank tal-Vatikan.  Fir-rapporti ntqal ukoll li r-riforma fil-bord kienet idea tal-Kardinal Pell, minħabba fost l-oħrajn l-età tal-membri kif ukoll il-mandat tagħhom.
Il-president u l-membri l-ġodda tal-bord tal-Bank tal-Vatikan se jkunu qed iħaddmu mhux biss investimenti kbar u jmexxu l-Bank.