Mistenni jerġa’ jogħla l-ilma f’Venezja

F’Venezja madwar 70% tal-Belt bħalissa tinsab mgħerrqa. Skont rapporti fil-midja internazzjonali għada mistenni jerġa’ jogħla għal madwar 160 ċentimetru.

Skont l-awtoritajiet tal-pajjiż, il-livell tal-ilma għola għal aktar minn metru u nofs u dan wassal biex ħafna mill-binjiet ta’ din il-belt spiċċaw mgħerrqa. Matul din il-ġimgħa l-iskejjel u numru ta’ postijiet pubbliċi baqgħu magħluqa. L-awtoritajiet avżaw lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun jibqgħu fi djarhom.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte iddikjara stat ta’ emerġenza u ħabbar li alloka €20 miljun f’fondi għat-tindif. is-Sindku ta’ Venezja Luigu Brugnaro madankollu qal li l-ispiża tista’ tkun ħafna iktar. Brugnaro aktar kmieni din il-ġimgħa qal li dan kollu qed iseħħ konsegwenza tat-tibdil fil-klima.