Mistenni dewmien f’toroq ewlenin f’San Ġwann

Is-sewwieqa jistgħu jaffaċċjaw dewmien hekk kif se jsir xogħol ta’ tqegħid ta’ mejn fi Triq Sliema u fi Triq San Ġiljan f’San Ġwann.
Transport Malta qalet li minkejja t-toroq mhux se jingħalqu, huwa mistenni dewmien.
Ix-xogħol beda llum.
Trasport Pubbliku:
Rotta 120 mill-isptar Mater Dei lejn Pembroke se tgħaddi minn Triq Bellavista, Triq tal-Balal, Triq R.Caruana Dingli u ssegwi r-rotta normali lejn San Ġiljan.  Dan l-arranġament tat-traffiku se japplika għal vjaġġ lura.
Rotta 24 se tgħaddi minn Triq Bellavista, Triq Birkirkara, Vjal ir-Riħan,Triq R.Caruana Dingli u ssegwi r-rotta normali.