Missjunarju Taljan, il-patri Pierluigi Maccalli ġie liberat wara sentejn mill-ħtif tiegħu fin-Niger. Il-Missjunarju Taljan ġie liberat flimkien mat-turista Nicola Chiacchio u żewġ ostaġġi oħra, il-Franċiża Sophie Pétronin u l-ex Ministru mill-Mali Soumaila Cisse.
L-aħbar tal-ħelsien tagħhom tħabbret mill-uffiċċju presidenzjali tal-Mali.
Il-ħtif kien sar minn terroristi fundamentalisti.
Maccali, li twieled fl-1961, jifforma parti mis-Soċjeta tal-Missjonijiet Afrikani u kien attiv fid-djoċeżi ta’ Niamey fin-Niġer. Huwa kien inħataf fil-lejl ta’ bejn is-17 u 18 ta’ Settembru tal-2018 minn ġellieda mill-Mali jew Burkina Faso. Fil-fatt qatt ma kien hemm informazzjoni konkreta dwar l-oriġini ta’ dawk li ħatfuh.
Ħu l-qassis maħtuf, li wkoll hu patri missjunarju fil-Liberja esprima il-ferħ u s-sodisfazzjoni għall-ħelsien ta’ ħuh kif ukoll għall-fatt li ħuh kien għadu ħaj.