Missjoni Sigrieta tal-Istati Uniti pruvat issalva lil James Foley

Missjoni Sigrieta tal-Istati Uniti pruvat, imma falliet issalva lill-ġurnalista James Foley u ostaġġi Amerikani oħra fis-Sirja.
Uffiċjali tal-Istati Uniti qalu dan wara li l-grupp militanti Islamic State (IS) ilbieraħ ħareġ filmat ta' membru tiegħu jaqta' ras ġurnalist Amerikan. Żiedu li l-missjoni kienet tikkonsisti f’attakki mill-ajru u minn fuq l-art.
Spjegaw li l-missjoni falliet għax l-ostaġġi ma nstabux fil-postijiet li fihom kienu maħsuba li qed jinżammu. 
IS qalu li qatlu lil Foley biex ipattu lill-Istati Uniti għall-attakki mill-ajru fuq l-Iraq tal-ġimgħa li għaddiet.
Waqt il-missjoni ta’ salvataġġ, it-truppi Amerikani kellhom konfront dirett mal-militanti tal-IS.