Missjoni ġdida tal-Frontex se tagħfas fuq it-terroristi fil-fruntieri

Missjoni ġdida tal-Frontex fost l-oħrajn se tagħfas aktar fuq li tidentifika lit-terroristi u ġellieda barranin fil-fruntieri ta’ pajjiżi li għandhom sfidi kbar bl-immigrazzjoni.
Il-missjoni ta’ din l-Aġenzija tal-Fruntieri u l-Kosti Ewropej se ssemmi dil-missjoni Themis, u se tkun iffukata l-aktar fiċ-Ċentru tal-Mediterran sabiex tiġi megħjuna primarjament l-Italja.
Minkejja dan il-wesgħa li se tkun protetta testendi mill-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, it-Turkija u l-Albanija.
Dan ix-xogħol se jieħu post u jkompli ma’ dak li kienet bdiet il-missjoni Triton li kienet tnediet fl-2014.
Il-Frontex qal fi stqarrija li dil-missjoni se tkompli x-xogħol ta’ tfittxija u salvataġġ, iżda se tiffoka aktar fuq l-infurzar tal-liġi.
Il-ħidma f’Themis se tirrifletti aktar il-forom ġodda li qed tieħu l-immigrazzjoni, u l-kriminalità mal-fruntieri. L-Italja se tiġi megħjuna sabiex din tidentifika lill-kriminali, ngħidu aħna t-traffikar tad-droga fil-Baħar Adrijatiku.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex, Fabrice Leggeri, qal li l-aġenzija jeħtiġilha tkun aktar attrezzata sabiex taqbad dawn il-gruppi kriminali li jippruvaw jidħlu fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jinqabdu.
L-uffiċjali tal-Frontex se jibqgħu preżenti f’punti jaħarqu fl-Italja biex jgħinu lill-awtoritajiet Taljani jirreġistraw il-migranti, jeħdulhom il-marki tas-swaba’ u jikkonfermaw in-nazzjonalitajiet.
Is-sena l-oħra l-Frontex għenet fis-salvataġġ ta’ 38,000 persuna f’missjonijiet fl-Italja, il-Greċja u Spanja.
Themis bdiet ilbieraħ.