Missili sparati fuq il-Mediterran waqt eżerċizzju militari

L-Iżrael wettaq testijiet bil-missili flimkien mal-Istati Uniti fil-Mediterran.

Dan meta qed tikber it-tensjoni fil-Lvant Nofsani minħabba l-possibilità ta’ attakk imminenti fuq is-Sirja.

Uffiċjali militari Iżraeljani kkonfermaw kif matul dawn it-testijiet, is-sistema tad-difiża Iżraeljana Arrow irnexxilha tinterċetta missili Amerikani Sparrow.

It-testijiet saru fl-istess jum li se jibda s-smigħ fil-Kungress tal-Istati Uniti dwar l-aħjar mod kif isir attakk bil-missili fuq ir-reġim Sirjan.

Aktar kmieni l-Ġnus Magħquda kkonfermaw li kienu aktar minn żewġ miljuni s-Sirjani li ħarbu minn pajjiżhom minħabba l-ġlied matul dawn l-aħħar 30 xahar.