Missili jolqtu l-ajruport ta’ Tripli

REUTERS/Ismail Zitouny

Fil-belt kapitali tal-Libja, Tripli, ġew sparat missili lejn l-ajruport, skont residenti li joqgħodu fl-inħawi, u dan wassal biex titjiriet kellhom ikunu ddevjati lejn ajruporti oħra. Dan seħħ anqas minn ġimgħa wara li n-Nazzjonijiet Uniti innegozjat waqfien mill-ġlied fraġli bejn gruppi armati fi Tripli.

Kelliem għal fazzjoni li tikkontrolla l-ajruport ta’ Matiga, l-uniku wieħed li jiffunzjona fil-kapitali, qal li ma weġġa’ ħadd u lanqas kien hemm ħsarat kbar. Stazzjonijiet televiżivi Libjani qalu li bosta persuni weġġgħu bil-missili u waħda minnhom spiċċat fil-baħar Mediterran.

Gruppi rivali qed jiġġieldu fi Tripli għal bosta ġranet iżda l-ġlied iffoka fuq in-naħa ta’ isfel tal-belt. L-ajruport ta’ Matiga jinsab f’żona tal-Lvant tal-belt.

Titjira tal-kumpanija Libyan Airlines destinata għal Tripli minn Alessandrija, fl-Eġittu, ġiet devjata lejn Misrata, kelliem għall-ajruport qal fuq paġna ta’ Facebook. Misrata tinsab madwar 190 km fil-Lvant ta’ Tripli.