Missieri se jqatta’ l-Milied waħdu – ħu Meghan Markle

Ħu Meghan Markle qal li qed jinkwieta li missieru se jqatta’ l-Milied waħdu, mingħajr ma jirċievi kartolina mingħand bintu. Thomas Markle qed jappella lil ħuh Meghan biex tagħmel kuntatt ma’ familtha, speċjalment ma’ missierha.

Dan wara li missier Markle pubblikament talab għall-għajnuna tar-Reġina sabiex din tintervjeni u tgħin lill-familja tingħaqad. Huwa qal fuq programm televiżiv li qed jipprova jagħmel kuntatt magħha ta’ kuljum.

Thomas, li għandu 52 sena, qal li beħsiebu jibgħat kartolina miktuba minnu stess lil oħtu biex jitlobha tikkuntattjahom u jgħidilha li l-familja hi kburija biha.

Ħu Meghan spjega li l-Milied hu l-jum favorit ta’ missierhom, iżda din is-sena, x’aktarx se jqattgħu waħdu fil-Messiku. Huwa qal li stiednu biex imur safra miegħu u mal-għarusa tiegħu, iżda rrifjuta.

F’intervista mal-midja, Thomas qal li fit-tmeninijiet, il-Milied kienu jqattgħuh kollha flimkien bħala familja, u kien ikun żmien hieni, fejn Meghan kienet taqla’ ħafna rigali.