Missier u żewġ uliedu akkużati b’serq ta’ cables mill-interconnector

Raġel magħruf mal-pulizija u ż-żewġ uliedu tressqu l-qorti akkużati li f’Ottubru li għadda serqu cables tal-elettriku mill-mina tal-interconnector, li jammontaw għal €150,000.
Keith Joseph Mallia ta’ 44 sena minn Ħal Għaxaq u wliedu ta’ 17 u 16-il sena kienu akkużati wkoll li serqu minn faċilità tal-ipproċessar tal-ikel fil-Marsa, għal mill-inqas tliet darbiet.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,500 kull wieħed.
Il-missier, li ilu jirfes l-għatba tal-Qorti għal dawn l-aħħar 17-il sena, kien ordnat iħallas ukoll depożitu ta’ €500.