​Missier u iben Sqalli jammettu li ferew gravi raġel fil-Mosta

Missier u ibnu minn Sqallija weħlu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettew li kkaġunaw feriti gravi fuq raġel fil-Mosta.
Huma ġew estraditi lejn Malta iktar kmieni din il-ġimgħa.
Nunzio u Salvatore Fausciana ta’ 50 u 20 sena rispettivament ingħataw din is-sentenza mill-Qrati Maltin.
Il-missier li huwa mastrudaxxa, diġà kien akkużat b’diversi każijiet ta’ atti delinkwenti fil-Qorti Sqallija u li kellu rabtiet mal-Mafja.
Il-każ tagħhom f’Malta jmur lura sena u nofs meta f’Awwissu tal-2014 kienu attakkaw raġel fil-Mosta. Ir-raġel minn Ħaż Żabbar kien sofra ġrieħi gravi meta tilef ħafna demm f’dan l-attakk.