Missier u iben akkużati li ġiegħlu mara tipprostitwixxi

Raġel ta’ 31 sena u missieru ta’ 51 sena tressqu l-Qorti akkużati li heddew u weġġgħu mara.
L-iben jinsab akkużat li kien jisforza lill-mara fil-prostituzzjoni filwaqt li l-missier jinsab mixli li kien jgħix bil-qliegħ u li kien jhedded lill-mara.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-iben kellu relazzjoni mal-mara għal seba’ snin u ħassru erba’ xhur ilu.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-irġiel inżammu arrestati.