Missier Moise jiddispjaċih li ibnu mar ma’ Everton

Missier Moise Kean ammetta li ma kellu qatt jibgħat lil ibnu għand Everton – u jixtieq ħafna li jitlaq minn Goodison Park f’Jannar li ġej.

Kean ipprova kemm felaħ biex iħalli impatt mindu ċċaqlaq minn ma’ Juventus għal Merseyside s-Sajf li għadda. S’issa qed isibha diffiċli biex jikseb iċ-ċans li jilgħab. Missieru weħħel fl-aġent Mino Raiola li sfurzah jimxi ma’ Everton għall-flus aktar milli għall-karriera.

Issa missieru qed jispera li Moise jisma’ minnu u jirritorna fis-Serie A fl-opinjoni tiegħu jekk se jibqa’ fejn hu, jaf jitlef il-karriera fil-futbol.