Missier Meghan Markle mhux se jattendi t-tieġ irjali

Thomas Markle, missier l-attriċi Meghan Markle, li se tiżżewweġ lill-Prinċep Harry nhar is-Sibt li ġej, mhux se jattendi t-tieġ ta’ bintu. 
Huwa mhux se jkun jista’ jattendi dan it-tieġ fuq parir mediku, għax se jkollu jagħmel operazzjoni serja f’qalbu u se jieħu ħafna żmien biex jirkupra.
Għadu mhux magħruf min se jieħu post il-missier sabiex itella’ lill-attriċi tul il-korsija. Jista’ jkun li jeħdulu postu omm Markle, Doria Rangaland, jew il-Prinċep Charles.