Missier Meghan Markle issa b’ditta tal-ħwejjeġ

Thomas Markle, missier Meghan Markle ddeċieda li wasal iż-żmien li ismu jibda jiġi assoċjat fid-dinja tal-moda.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li Markle, li qatta’ żmien jaħdem fid-dawl u l-fotografija, jinsab fil-proċess li jniedi ditta ġdida tal-ħwejjeġ. Dan żvelatu bintu, Samantha Grant fuq Twitter. Indikat li l-ħwejjeġ se jkunu għall-irġiel. Mela żgur mhux se jkun qed ilibbes lill-Prinċipessa?

Samantha Grant dan l-aħħar spekulat li jekk missierha jmut, ikun tort tal-familja rjali… u oħtha.