Missier Markle jitlob lir-Reġina tgħinu jsolvi l-problemi ma’ bintu

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle qed tagħmel xi laqgħat ma’ dawk qrib tagħha biex tiddiskuti kif għandha taġixxi fil-konfront ta’ missierha li publikament talab lir-Reġina biex tgħinhom isolvu l-battibekki ta’ bejniethom.

Thomas Markle, missier Meghan baqa’ ma rnexxilux jitkellem ma bintu mindu hi żżewġet lill-Prinċep Harry f’Mejju li għadda. Hu qal li jinsab veru diżappuntat iżda mhux ċert għaliex mhux qed jitkellmu. Missierha, ta’ 74 sena qal li japprezza dak kollu li r-Reġina tista’ tagħmel biex issolvi l-problema familjari tiegħu ma bintu. Hu qal li jħoss li kwalunkwe familja għandha tkun magħquda speċjalment f’jiem bħal dawn, fejn qed joqrob il-Milied.