Missier imur l-għassa mbeżża’ wara li attakkah ibnu

Raġel daħal imbeżża’ jagħmel rapport fl-għassa taż-Żurrieq wara li ibnu allegatament attakkah u weġġgħu ħafif.

Dan ħareġ mill-Qorti llum hekk kif iż-żagħżugħ ġie akkużat li weġġa’ lil missieru b’mod ħafif.

Iż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €3,000. Hu jrid jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa u ma jistax javviċina lill-qraba tiegħu.