Missier jingħata l-aħħar ċans wara li seraq pannelli mill-Ministeru għal Għawdex

Missier ingħata l-aħħar ċans mill-Qorti biex jirriforma ruħu wara li nstab ħati li seraq 14-il pannelli fotovoltajċi mill-Ministeru għal Għawdex.

Fil-Qorti Marvic Mercieca ta’ 36 sena miż-Żebbuġ ammetta għas-serqa u rritorna l-pannelli.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana Mercieca poġġiet lil Mercieca fuq  probation order ta’ tliet snin. Se jkollu jaħdem ukoll 100 siegħa ta’ xogħol fil-komunità mingħajr ħlas. Il-Maġistrat qalet li jekk ma jimxix mal-liġi se jispiċċa l-ħabs.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. L-avukat tad-difiża kien Larry Formosa.