Missier jiftaħ protest ġudizzjarju kontra l-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Kummissarju naqas milli jieħu azzjoni kontra l-omm li ċaħditu milli jara lill-ibnu

CMRU

Missier fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, wara li allegament naqas milli jieħu azzjoni kontra l-omm tat-tifel tiegħu li ċaħditu milli jara lill-ibnu.

Il-missier stqarr li għalkemm hu ġie mogħti aċċess sħiħ għat-tifel mill-Qorti Ċivili f’Ottubru tal-2018, omm it-tifel “kisret l-ordnijiet tal-qorti mingħajr raġuni valida kull darba.”

Skontu, għalkemm bagħat ammont ta’ emails, ittri, u laqgħat ma’ diversi pulizija involuti fil-każ, ma kien hemm l-ebda progress. L-omm ma ġietx akkużata jew kkastigata talli kisret l-ordnijiet tal-Qorti.

Huwa saħaq li ilu iktar minn sena ma jara t-tifel tiegħu stess, filwaqt li l-omm qiegħdha allegament tgħix mat-tifel il-Marokk.