Missier il-vittma tal-Ħamrun jinħeles dwar serq

Missier Brandon Pace, il-vittma tad-delitt ta’ nhar il-Ħadd li għadda fil-Ħamrun, ingħata l-ħelsien mill-arrest dwar serqa ta’ €4,000 minn appartament fix-Xemxija.
Fil-Qorti, Silvio Pace ta’ 48 sena wieġeb mhux ħati li fil-25 ta’ Marzu li għadda seraq minn appartament li huwa residenza tal-patrijiet Karmelitani responsabbli mill-knisja tax-Xemxija.
Wieħed mill-patrijiet li jgħix fl-appartament xehed li ra raġel jaqbeż minn gallarija għal oħra. Il-patri għaraf ukoll lis-suspettat li kien fl-awla tal-Qorti.
Silvio Pace ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.