​Missier fil-periklu tal-mewt wara argument ma’ ibnu f’Ħaż-Żabbar

Argument bejn missier u ibnu f’Ħaż-Żabbar spiċċa ħażin fejn il-missier jinsab f’qagħda kritika fl-isptar.
L-argument inqala’ f’residenza fi Triq A. Caligari fit-3am bejn il-missier ta’ 59 sena u ibnu ta’ 27.
Il-Pulizija qalet li fl-argument intużat arma li taqta’ u bil-ponta. 
Fuq il-post kellha tissejjaħ ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Ibnu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. 
Inħatret inkjesta dwar dan il-każ. 
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace