Missier akkużat li hedded lill-mara u lit-tfal

Raġel qed jiġi akkużat fil-Qorti li hedded lill-mara u lit-tfal tiegħu.

Ir-raġel ta’ 38 sena miż-Żabbar tressaq il-Qorti wara li allegatament kien vjolenti fid-dar matrimonjali lbieraħ. Il-koppja għaddejja minn proċedimenti ta’ separazzjoni.

Ir-raġel wieġeb li mhux ħati. Ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €150 u garanzija personali ta’ €4,000.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.