Missier Adrian Delia joħroġ mill-isptar

Facebook - Adrian Delia

Read in English.

Missier Adrian Delia ħareġ mill-Isptar Mater Dei llum wara li fil-31 ta’ Jannar waqa’ minn fuq sellum huwa u jaqta’ l-larinġ.

Missier Delia għandu 84 sena waqa’ minn fuq is-sellum fil-ġnien tad-dar tiegħu u spiċċa b’erbatax-il punt u b’għadma minn għonqu miksura.

F’post fuq Facebook Adrian Delia qal li missieru rritorna d-dar fil-ġnien tiegħu biex ikompli jiġġieled.

Missieru rringrazzja lil dawk kollha li marru jżuruh l-isptar, talbu għalih u xtaqulu fejqan ta’ malajr.

Delia temm il-messaġġ tiegħu bil-kliem, missieri u l-eroj tiegħi.