Miss Universe Malta timbotta ’l quddiem il-kunċett ta’ turiżmu sostenibbli

Ritratt: MTCP

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ltaqgħet ma’ Anthea Zammit li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’Miss Universe. Minbarra d-diversi temi soċjali li Anthea se tkun il-vuċi tagħhom bħala ambaxxatriċi ta’ pajjiżna, hi se tkun qed timbotta ’l quddiem il-kunċett ta’ turiżmu sostenibbli. 

Il-ministru awgurat lil Anthea Zammit suċċess fl-esperjenza ta’ Miss Universe li lil hinn minn kontest ta’ sbuħija hi pjattaforma li mhux biss tippromwovi lil Malta imma wkoll temi ta’ importanza għas-soċjetà.

Anthea Zammit se tirrappreżenta lil pajjiżna f'Miss Universe. Hu ta' pjaċir li għandna Ambaxxatriċi għal pajjiżna li se…

Posted by Julia Farrugia Portelli on Wednesday, October 14, 2020

Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.