Miss St Julians tirbaħ il-konkors Miss Malta 2020

Ritratt: Facebook/MissMalta

Hannah Giacchino lbieraħ filgħaxija rebħet it-titlu ta’ Miss Malta 2020. Hija kienet qed tirrappreżenta l-lokalità ta’ San Ġiljan.

Is-serata kienet organizzata minn Kersten Borg u Jeanette Bezzina, id-diretturi ta’ dan il-konkors.

Ir-rebbieħa se tkun qed tirrappreżenta ‘l pajjiżna fil-konkors Miss Earth, f’data li titħabbar aktar ‘il quddiem. F’dan l-istadju Malta hija d-disà pajjiż li għandha r-rappreżentanta tagħha magħżula. Il-pajjiżi li kkonfermaw ir-rappreżentanta tagħhom s’issa huma l-Belġju, il-Costa Rica, Franza, il-Greċja, il-Honduras, il-Portugall, l-Afrika t’isfel u ż-Żambja.

Ir-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni ta’ Miss Malta rebħet ukoll it-titlu ta’ Miss Congeniality.

Ritratt: Facebook/MissMalta

Għadd ta’ titli oħra ntrebħu waqt din is-serata waqt li tħabbar li l-applikazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2021 ta’ Miss Malta diġà fetħu u dawk interessati għandhom jidħlu fil-paġna uffiċċjali tal-konkors.