Miss South Africa tirbaħ il-Miss Universe

Ritratt: Facebook/MissUniverse

Il-finali tal-konkors Miss Universe sar ilbieraħ u ntrebaħ minn Zozibini Tunzi li kienet qed tirrappreżenta lil South Africa. It-tfajla ta’ 26 sena rebħet dan it-titlu f’kompetizzjoni li kienu qed jieħdu sehem fiha 90 pajjiż. Is-serata finali kienet imtella’ f’ATlanta fl-Istati Uniti.

Ritratt: Benjamin Askinas

Warajha ġew Miss Puerto Rico u Miss Mexico.

Malta kienet rappreżentata minn Teresa Ruglio li rebħet id-dritt li tipparteċipa f’dan il-konkors f’isem pajjiżna wara li rebħet il-konkors li sar f’Malta fejn hi kienet qed tirrappreżenta l-lokalità ta’ Sliema.

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’dan il-konkors kien possibbli għal Jeff Francalanza u Alan J Darmanin.