Sliema r-rebbieħa ta’ Miss Universe Malta 2019

Teresa Ruglio hija r-rebbieħa tar-raba’ edizzjoni tal-Miss Universe Malta 2019 li saret illejla, f’isem Tas-Sliema

Matul is-serata organizzata minn Glow Promotions, li hija mmexxija minn Jeff Francalanza u Alan J. Darmanin, ħadu sehem 25 tfajla li rrappreżentaw lokalitajiet differenti minn madwar Malta u Għawdex.

Is-serata tal-lejla kienet ippreżentata minn Ben Camille u Sarah Zerafa.

Teresa Ruglio, li għandha 23 sena, ilha tgħix Malta għal dawn l-aħħar tlett snin, issa se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fit-68 edizzjoni tal-konkors internazzjonali li se jsir is-Sibt 19 ta’ Diċembru. Miss Universe 2019 se jkun ippreżentat għall-ħames darba konsekuttiva mill-komiku Amerikan Steve Harvey.

AQRA: Ritratti: Illejla l-finali ta’ Miss Universe Malta

AQRA: Imħabbra l-preżentaturi tal-Miss Universe Malta 2019