Misjuba ammont ta’ eroina u kokaina minn dar fil-Floriana

Wara investigazzjonijiet dwar traffikar ta’ droga fil-Floriana,  kmieni dalgħodu l-Pulizija ta’ kontra id-droga,  għamlet raid ġewwa residenza minn fejn inqabdet ammont ta’ droga eroina u kokaina.

Il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 28 sena residenti l-Floriana.

Waqt li l-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej, din il-persuna mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.